Sunday, September 5, 2010

Id-49 Edizzjoni tal- Golden Knight Malta International Short Film Festival

Bħalissa l-Malta Cine Circle qiegħed jilqa’ sottomissjonijiet ta’ films lokali, kif ukoll dawk barranin, għall-edizzjoni tal-Festival ta’ din is-sena, skedata li tittella’ fl-aħħar ta’ Novembru. Id-data tal-għeluq tas-sottomissjonijiet fid-49 edizzjoni tal-‘Golden Knight Malta International Short Film Festival’ hija t-30 ta’ Settembru, 2010.

L-għan ewlieni tal-Golden Knight Film Festival huwa li jsaħħaħ l-arti tal-film-making f’pajjżna, għalhekk għandu jgħin lill-pubbliku jifhem iżjed is-sengħa u l-maestrija taċ-ċinematografija, u b’hekk wieħed jikseb il-ħila li japprezza sewwa l-arti taċ-ċinematografija.

Il-Festival huwa maqsum fi tliet kategoriji differenti. Klassi A magħmula minn  produzzjonijiet b’għan mhux kommerċjali; Klassi B tikkonsisti f’xogħlijiet akkademiċi li jitwettqu matul kors tal-film taħt isem ta’ skola; u Klassi Ċ tħaddan kull xogħol, maħdum film, li ma jikkwalifikax taħt Klassi A jew Klassi B.

Kull individwu, grupp jew għaqda, u student universitarju li għadu qed jistudja għall-ewwel grad jew baqa’ jistudja wara li ggradwa, huwa mħeġġeġ jissottometti l-films qosra tiegħu li ma jaqbżux il-ħin ta’ 30 minuta. Ma hemm l-ebda ħlas għad-dħul. Applikanti eleġibbli jistgħu jniżżlu r-Regolamenti tas-Sottomissjoni u l-Formola tad-Dħul billi jikklikja hawn.

No comments:

Post a Comment